
L-1 ta’ Settembru hu jum marbut mal-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina fejn fih normalment nippreżentaw il-programm annwali tagħna kif ilna nagħmlu sa mis-sena 1992. Din is-sena, kif għamilna s-sena l-oħra, qegħdin inwasslulkom kanzunetti mir-repertorju tal-Għaqda u li ġew irrekordjati ftit ġranet ilu biex infakkru dan il-programm annwali li kellu jsir propju llum, imma minħabba ċ-ċirkostanzi tal-pandemija dan għadu mhux possibbli. Nirringrazzjaw b’mod speċjali lil Mro. Michael Bonanno u lis-Sinjorina Susanne Bonello li ħadu ħsieb jippreparaw lill-orkestra u lill-kor rispettivament, flimkien mal-membri u t-tim tal-media tal-Għaqda, irnexxielhom jagħtuna mużika mill-isbaħ f’wieħed mill-postijiet storiċi li nsibu fil-Mellieħa, ix-xelters tat-Tieni Gwerra Dinjija li huma mmaniġġjati mill-istess Għaqda tagħna, b’mużika xierqa ma’ dan il-post. ‘The Raid’ – Kenneth Fenech & Mark Cachia.
Since 1992, the Choral and Orchestral Society Maria Bambina has been presenting its annual musical concert on the 1st of September. This year, as we did last year, we are performing a set of musical items from the Society’s musical archives that have been recorded in the past few days to commemorate this concert that would have taken place today but, due to the current restrictions, this was not possible. A special thanks goes to Mro. Michael Bonanno and Ms Susanne Bonello who prepared the orchestra and choir respectively, together with members and the media team of the Society, are giving you some musical items recorded in one of the historical venues in Mellieħa, the World War II shelters. The music performed is appropriate to the site which is managed by this same Society.’The Raid’ – Kenneth Fenech & Mark Cachia.
‘Memorji tat-Tieni Gwerra Dinija’ – Arrangement: Aronne Sultana
L-aħħar silta li għandna għalikom f’din is-sensiela ta’ filmati fl-okkażżjoni tal-Festa ta’ Marija Bambina 2021 iġġib l-isem ‘We’ll Meet Again’, mużika ta’ Hughie Charles u lirika ta’ Rossa Parker. Arranġament mużikali ta’ Mark Cachia.Nixtiequ nirringrazzjaw lil Mro. Michael Bonanno u Ms. Susanne Bonello li ppreparaw l-orkestra u l-kor rispettivament. Ringrazzjament speċjali lil Manuel Cassar li ħa ħsieb r-recording u l-editing tal-istess siltiet. Grazzi wkoll lil Michelle Trapani tal-filmati. Fl-aħħar u mhux l-inqas grazzi kbira lill-membri kollha tax-xogħol tagħhom tul is-sena.Il-kumplament tal-festa t-tajba.Viva Marija Bambina!
The last musical item for the occasion of the Feast of Marija Bambina 2021 is ‘We’ll Meet Again’, music by Hughie Charles and lyrics by Rossa Parker. Musical arrangement by Mark Cachia. We would like to thank Mro. Michael Bonanno and Ms Susanne Bonello who prepared the orchestra and choir respectively. Special thanks goes to Manuel Cassar who recorded and edited these musical items. Thanks also to Michelle Trapani for the filming. Last but not least, a big thanks to all our members for their continuous work throughout the whole year.Happy feast to all.
Viva Marija Bambina!