Fit-23 ta’ April, fil-knisja Arċipretali tal-Mellieħa ġiet imtellgħa s-serata ‘Muziko-Letterarja’ bl-isem ta’ ‘Minn Santwarju Matriċi għall-Parroċċa Arċipretali’ organizzata mill-Parroċċa tal-Mellieħa flimkien mal-Għaqda Korali u Orkestrali ‘Maria Bambina’. Kienet serata fejn inqrat l-istorja tal-Parroċċa tal-Mellieħa mis-Sinjura Mary Sammut u s-Sur Remmie Micallef, fuq kitba tal-istoriku s-Sur Jimmy Muscat. Flimkien mal-letteratura kellna wkoll mużika tal-għola livell mill-kor u l-orkestra taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Kenneth Fenech. L-udjenza numeruża li attendiet għal din is-serata apprezzat melodiji mill-isbaħ għal din l-okkażżjoni li kienet taħt il-Patroċinju tal-Arċipriet tal-Mellieħa Dun Joe Caruana. Prosit lil kull min kien involut f’din is-serata ferm interessanti u pjaċevoli. Ir-ritratti ġew meħudin mis-Sur Anthony Vella.